Home Kullħadd Donazzjoni tal-ikel għad-Dar tal-Providenza

Donazzjoni tal-ikel għad-Dar tal-Providenza

6
0
SHARE
Advertisement

Il-kumpanija Evolve RS Group iċċelebrat l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha billi tat donazzjoni ta’ ikel lid-Dar tal-Providenza. Din id-donazzjoni, flimkien ma’ oħrajn li jsiru minn diversi kumpaniji, huma kruċjali biex din id-dar tagħti servizz mill-aqwa lir-residenti li jogħqodu fiha.

Din mhux l-ewwel darba li din il-kumpanija tat donazzjonijiet fosthom ta’ flus u kotba.

Waqt li l-kumpanija tat din id-donazzjoni, uffiċjali mid-Dar tal-Providenza spjegaw kif darbtejn kuljum din id-dar issajjar aktar minn mitt platt tal-ikel għar-residenti u l-voluntiera.

Din id-donazzjoni ngħatat fl-isfond li d-dar fis-Siġġiewi għaddejja b’kampanja mifruxa fuq sitt xhur bl-isem ta’ Sabiħ li Tagħti, hekk kif minħabba l-pandemija din is-sena ma segħtetx issir il-maratona annwali tal-volleyball.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here