Home Kullħadd DIRETT: Tagħlaq il-votazzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-PN

DIRETT: Tagħlaq il-votazzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-PN

5
0
SHARE
Advertisement

18:22- Il-Partit Nazzjonalista kkonferma li minn 1,630 kunsillier eleġibbli biex jivvutaw, ivvutaw 1,509 kunsillier – madwar 93% tal-votanti eleġibbli.

18:21- Bħalissa l-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista Dr Peter Fenech beda’ jagħti struzzjonijiet lil min se jgħodd il-voti. Intant il-midja li nġabret barra d-Dar Centrali biex tara l-eżitu ta’ dan il-vot iddaħħlet ġewwa fejn il-ġurnalisti qegħdin isegwu xandira tal-istazzjon Nazzjonalista. Bħalissa l-istazzjon Nazzjonalista qed jiddiskuti l-funzjoni tal-Eżekuttiv u l-Kunsill Ġenerali, bi ftit li xejn filmati ta’ x’qed jiġri waqt l-għadd tal-voti.

18:15- Għal darba oħra l-jum tas-Sibt kien wieħed kkaratrizzat minn diversi botti jaħarqu fejn il-fazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista. Permezz ta’ stqarrija, Louis Galea tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu jniedi proċess ta’ mexxej ġdid. Fl-istess waqt Andrè Grech li huma membru tal-Eżekuttiv leali lejn Adrian Delia fuqir-radju tal-Knisja qal li Delia qatt ma kien tħalla jaħdem u kien hemm min oppona t-tmexxija tiegħu qabel biss daħal fil-Parlament.

18:00- Fis-sitta ta’ filgħaxija għalqet il-votazzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. F’din il-votazzjoni l-Kunsilliera vvutaw fuq żewġ mistoqsijiet waħda għall-konferma tal-Kap mit-tesserati u oħra biex issir elezzjoni sabiex il-PN jaħtar Kap.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here