Home Kullħadd Delia jgħid li llejla ma tilifx vot ta’ fiduċja u tenna li...

Delia jgħid li llejla ma tilifx vot ta’ fiduċja u tenna li se jikkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-PN

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista għadu ħaj u jien illum ma tlift l-ebda vot ta’ sfiduċja.

Hekk qal il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia minuti biss wara li 56% tal-kunsilliera għażlu li tiskatta tellieqa oħra għal Kap Tal-Partit Nazzjonalista.

Qal li għandu kull fiducja fit-tesserati u tenna li se jerġa’ jikkontesta għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Huwa prova jiġġustifika r-riżultat billi qal li l-kunsillera għażlu kuntest miftuħ.

Spjega li tliet snin ilu kien ingħata mandat biex iwettaq missjoni u li l-vot tagħhom ifisser ħafna.

Qal li jekk jintgħażel kap ġdid minfloku huwa se jirrispetta r-riżultat u wiegħed li jaħdem iktar minn qatt qabel mal-persuna magħżulha.

Qal li jekk jintgħażel mill-ġdid se jwettaq bidliet kbar li skontu ilhom jintalbu. Fil-ġranet li ġejjin, Adrian Delia se jniedi l-kampanja bl-isem ta’ ‘Mod Ġdid – b’nies ġodda’ – f’dik li hija indikazzjoni ċara li jekk jibqa’ kap wara l-elezzjoni, se jtiru l-irjus.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet huwa tefa’ botti u fetaħ attakk ġdid fuq il-fazzjoni li trid teqirdu u fakkar kif dawn pruvaw inneħħuh minn Kap tal-Oppożizzjoni.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here