Home Kullħadd Appell għall-għoti tad-demm: nisa tqal b’kumplikazzjonijiet waqt il-ħlas fost il-ħajjiet salvati

Appell għall-għoti tad-demm: nisa tqal b’kumplikazzjonijiet waqt il-ħlas fost il-ħajjiet salvati

4
0
SHARE
Advertisement

Fi tliet snin, naqsu bi tletin fil-mija l-każijiet ta’ nisa tqal li jiġu bżonn id-demm waqt il-ħlas, frott l-iżviluppi fix-xjenza u t-taħriġ lill-professjonisti.

Madanakollu, anki jekk mhux daqstant komuni, madwar ħamsin mara kull sena, jesperjenzaw kumplikazzjonijiet waqt il-ħlas u jiġu bżonn id-demm.

Iċ-Chairperson tad-Dipartiment tal-Ġinekoloġija u l-Obstetrija fl-Isptar Mater Dei, il-Professur Yves Muscat Baron, spjega ċ-ċirkostanzi li jwasslu biex mara tiġi bżonn id-demm waqt il-ħlas “Il-każijiet fejn ikun hemm telf ta’ demm huma waqt ċesarja, is-sekonda ma tkunx f’pożizzjoni tajba tkun daqsxejn ’il quddiem allura hemm iżjed riskju li l-pazjenta titlef iżjed demm, sitwazzjonijiet fejn wara ħlas twil, il-ġuf ma jiccontractjax allura jibqa’ ġej id-demm u xi drabi wara daqsxejn tiċrit waqt ħlas normali jista’ jkun jitilfu daqsxejn demm.”

Spjega wkoll il-ħidma f’dan id-Dipartiment biex kulma jmur tkompli tnaqqas dawn l-eventwalitajiet “Illum li qed nagħmlu, il-midwives tagħna trained biex jiżnu l-iswabs biex naraw kemm hemm telf ta’ demm u jekk jitilfu ċertu ammont ta’ demm hemm protokolli biex nippruvaw inwaqqfu d-demm u jekk hemm bżonn, nagħtu d-demm.” 18

Il-Professur qalilna li f’ċertu każijiet, bħal meta mara tqila tkun marida bil-kanċer, il-bżonn tad-demm ikun previst, u hija xi ħaġa sabiħa li jkun żewġha stess jew qraba oħra li jersqu ’l quddiem biex jagħtu d-demm.

Il-konsulent fil-Bank tad-demm Dr Stefan Laspina spjega l-ħidma b’sinerġija f’dawn il-każjiet ta’ emerġenza “Litteralment naqbdu erba’ boroż ħomor mingħajr ma nagħmlu compatibility testing jekk tkun emerġenza kif huwa l-każ meta jkollna dawn il-postpartum haemorrhages ta’ nisa fit-tqala li jkollhom din l-emerġenza, naqbdu l-boroż u l-plasma u jeħduhom. In the meantime, aħna nkunu qegħdin naħdmu iżjed fuq dak il-kampjun, nagħmlu aktar testijiet biex nippruvaw minn dak il-ħin ’il quddiem, inqabblu d-demm iktar fil-fond.”

Fuq kollox, il-qwiebel jisħqu li l-ħlas hija l-isbaħ esperjenza għall-koppja, u għaldaqstant ingħaqdu mal-appell kontinwu tal-Bank tad-Demm biex kull min hu f’saħħtu, jagħti d-demm.

 

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here