Home Kullħadd AĠĠORNAT: Il-voti jibdew jintefgħu fil-garzelli… tispikka t-tensjoni fid-Dar Ċentrali

AĠĠORNAT: Il-voti jibdew jintefgħu fil-garzelli… tispikka t-tensjoni fid-Dar Ċentrali

5
0
SHARE
Advertisement

19:54 – Jintemm il-proċess tas-sorting, bil-voti kollha ġew imqasmin fil-garzelli rispettivi.

19:49 – Isegwu l-għadd tal-voti hemm rappreżentanti miż-żewġ fazzjonijiet li tul dawn l-aħħar tliet snin qasmu l-PN.

19:44 – L-ewwel indikazzjonijiet komplew jikkonfermaw il-qasma fil-Partit Nazzjonalista, hekk kif il-voti lejn Konferma tal-Kap jew Elezzjoni għal Kap Nazzjonalista Ġdid huma viċin ħafna.

19:36 – Jibdew jingħaddu l-voti.

19:28 – Jasal fid-Dar Ċentrali, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo, bil-preżenza tal-partitarji Nazzjonalisti tibda tiżdied.

19:18 – Bħalissa għaddejja r-rikonċiljazzjoni tal-voti u mistenni li fi ftit minuti l-voti jinqelbu wiċċhom ‘il fuq u jibdew jintefgħu fil-garżelli.

18:52 – Il-voti jibdew jinqelbu wiċċhom ‘l isfel. Tikber l-istennija u fid-Dar Ċentrali tinħass tensjoni kbira bejn esponenti taż-żewġ fazzjonijiet fil-PN.

18:48 – Tispikka l-preżenza tal-pulizija barra d-Dar Ċentrali.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:38 – Jidħlu l-ewwel kaxxi bil-voti tal-Kunsilliera u nfetħu s-siġilli tal-kaxxi tal-voti. Nistmaw li daqs siegħa oħra jkun magħruf ir-riżultat.

18:22 – Il-Partit Nazzjonalista qal li minn 1,630 kunsillier eleġibbli biex jivvutaw, ivvutaw 1,509 kunsillier – madwar 93% tal-votanti eleġibbli.

18:21- Bħalissa l-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista Dr. Peter Fenech beda’ jagħti struzzjonijiet lil min se jgħodd il-voti. Intant il-midja li nġabret barra d-Dar Ċentrali biex tara l-eżitu ta’ dan il-vot iddaħħlet ġewwa fejn il-ġurnalisti qegħdin isegwu xandira tal-istazzjon Nazzjonalista. Bħalissa l-istazzjon Nazzjonalista qed jiddiskuti l-funzjoni tal-Eżekuttiv u l-Kunsill Ġenerali, bi ftit li xejn filmati ta’ x’qed jiġri waqt l-għadd tal-voti.

18:15 – Għal darba oħra l-jum tas-Sibt kien wieħed kkaratrizzat minn diversi botti jaħarqu fejn il-fazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista. Permezz ta’ stqarrija, Louis Galea tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu jniedi proċess ta’ mexxej ġdid. Fl-istess waqt André Grech li huma membru tal-Eżekuttiv leali lejn Adrian Delia fuqir-radju tal-Knisja qal li Delia qatt ma kien tħalla jaħdem u kien hemm min oppona t-tmexxija tiegħu qabel biss daħal fil-Parlament.

18:00 – Fis-sitta ta’ filgħaxija għalqet il-votazzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. F’din il-votazzjoni l-Kunsilliera vvutaw fuq żewġ mistoqsijiet waħda għall-konferma tal-Kap mit-tesserati u oħra biex issir elezzjoni sabiex il-PN jaħtar Kap.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here