Home Kullħadd 56% tal-Kunsilliera Nazzjonalisti għażlu li jmorru għal elezzjoni ta’ Kap

56% tal-Kunsilliera Nazzjonalisti għażlu li jmorru għal elezzjoni ta’ Kap

5
0
SHARE
Advertisement

Il-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għażlu li ssir elezzjoni oħra għal Kap Nazzjonalista. Il-kunsilliera kellhom għażla bejn konferma tal-Kap jew elezzjoni oħra għal Kap tal-partit u waqt l-għadd spikkat tensjoni kbira fid-Dar Ċentrali.

Ir-riżultat ufficjali skont kif inqara mill-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Dr Peter Fenech huwa hekk: intefgħu 1,509 vot, bi 11-il vot invalidu. 839 kunsillier għażlu li ssir elezzjoni għal Kap, bi 659 jivvutaw għal konferma f’Adrian Delia. Dan ifisser distakk ta’ 180 vot kontra l-Kap Nazzjonalista.

Il-fazzjoni ta’ Adrian Delia mbuttat għażla ta’ konferma għal Kap filwaqt li dik ta’ Simon Busuttil li sfiduċjat lil Delia għal tliet darbiet, ħeġġet għall-elezzjoni oħra tal-Kap tal-partit. B’hekk dan ir-riżultat fisser daqqa ta’ ħarta kbira għall-fazzjoni ta’ Delia li issa trid taffaċja elezzjoni biex iżomm iż-żiemel tagħha.

B’din id-deċiżjoni issa se tinfetaħ tellieqa ġdida għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Adrian Delia kien diġà qal li kemm il-darba ssir elezzjoni għal Kap, huwa jikkontesta.

Fost ismijiet oħra li jistgħu jikkontestaw u li ssemmew hemm Bernard Grech li nhar it-Tnejn inqabad jikkonfoffa ma’ Jason Azzopardi f’ħanut tax-xorb, Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia.

Dawn huma lkoll kandidati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u hu mifhum li l-għan tal-fazzjoni Busuttil hu li Delia jiġi eliminat qabel ma ssir votazzjoni tat-tesserati bejn żewġ kandidati.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here