Home One News Raġel mixli li seraq fanal ta’ mutur

Raġel mixli li seraq fanal ta’ mutur

31
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar nżamm arrestat wara li allegatament seraq fanal minn mutur.

Il-każ ġara fi Triq Ġilormu Cassar il-Belt Valletta.

Minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà li nġabru, ġie stabbilit illi min wettaq ir-reat għamel dan billi kien qed jagħmel użu minn mutur misruq.

F’ronda mill-Pulizija tad-distrett nhar it-Tnejn, intlemaħ dan il-mutur misruq fejn sussegwentament ġie arrestat ir-raġel.

Wara tfittxija ġewwa r-residenza tiegħu, instab il-fanal misruq u diversi oġġetti relatati mal-mutur misruq.

Huwa wieġeb mhux ħati.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here