Home Kullħadd Żagħżugħ arrestat wara li allegatament seraq numru ta’ mobiles f’April li għadda

Żagħżugħ arrestat wara li allegatament seraq numru ta’ mobiles f’April li għadda

8
0
SHARE
Advertisement

Żagħżugħ ta’ tmintax-il sena ġie arrestat mill-pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali wara li allegatament seraq numru sostanzjali ta’ mobiles minn ħanut f’Birkirkara.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet din is-serqa saret fit-2 ta’ April li għadda għall-ħabta tas-1:20 ta’ filgħodu.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta kif żewġ persuni dehru jisgassaw il-bieb ta’ dan il-ħanut f’Birkirkara.

Iż-żewġ persuni serqu tlettax-il mobile, b’valur ta’ madwar €8,000.

Il-pulizija qalet kif hija rnexxiela tasal għal wieħed miż-żewġ persuni li allegatament jifforma parti minn grupp ta’ persuni nvoluti f’ċirku ta’ serq ta’ mobiles li imbagħad jinbiegħu fis-swieq barranin. Minn aktar investigazzjonijiet sar magħruf li l-mobiles li nsterqu f’din is-serqa nbiegħu lokalment.

Iż-żagħżugħ ta’ tmientax-il sena mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin, akkużat li seraq dawn il-mobiles u li huwa riċediv.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li l-pulizija qalet li mhux eskluż li ‘l quddiem jitressqu aktar persuni l-Qorti.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here