Home Kullħadd Il-Mexxejja Ewropej fit-tielet jum ta’ diskussjonijiet dwar il-baġit għas-seba’ snin li ġejjin...

Il-Mexxejja Ewropej fit-tielet jum ta’ diskussjonijiet dwar il-baġit għas-seba’ snin li ġejjin u l-pjan ta’ rkupru mill-pandemija

9
0
SHARE
Advertisement

Fi Brussell il-Prim Ministru Robert Abela kellu diversi laqgħat bilaterali tul il-jum. Fosthom mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, kif ukoll mal-Prim Ministri tal-Iżvezja, ir-Rumanija, il-Kroazja u l-Bulgarija.

Dawn kienu fost numru ta’ laqgħat bilaterali li mexxejja Ewropej kellhom fi gruppi żgħar bejniethom hekk kif kienet diffiċli li jintlaħaq ftehim dwar il-Fond ta’ Rkupru mill-Covid-19. Il-baġit Ewropew li mistenni jkopri sal-elfejn sebgħa u għoxrin ukoll kien fuq l-aġenda.

Fuq il-midja soċjali l-Prim Ministru Abela qal li Malta se tibqa’ tinsisti fuq kompromess ġust għall-irkpru mill-Covid-19. Il-mexxejja Ewropej ipparteċipaw f’laqgħat bilaterali bejniethom tul il-jum hekk kif kienet posposta sessjoni plenarja tal-lum.

Il-Mexxejja kellhom jiddiskutu fost l-oħrajn kemm minn dan il-fond ta’ rkupru se jingħata f’self lill-pajjiżi, ir-riformi ekonomiċi u fis-suq tax-xogħol, u kundizzjonijiet tas-saltna tad-dritt li għandhom jiġu imposti fuq l-Ungerija u l-pajjiżi tal-Lvant.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here