Home Kullħadd Tliet persuni arrestati b’rabta ma’ żewġ sejbiet ta’ droga

Tliet persuni arrestati b’rabta ma’ żewġ sejbiet ta’ droga

10
0
SHARE
Advertisement

Żewġt irġiel u mara li l-età tagħhom tvarja bejn l-24 u t-33 sena lbieraħ ġew arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga.

Fl-ewwel każ, żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar kien arrestat għall-ħabta tal-4:00 tas-Sibt waranofsinhar f’Biżebbuġa.

Dan wara li fil-pussess tiegħu nstabu droga kokaina, raża u ħaxixa tal-kannabis, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Huwa ttieħed il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-aktar investigazzjonijiet.

Sagħtejn wara, raġel ta’ 33 sena minn Baħar iċ-Ċagħaq u Serba ta’ 32 b’rabta ma’ suspett li kienu qed jitraffikaw id-droga.

Dan wara li minn tfittxija li saret, fil-pussess tagħhom instabu diversi tipi ta’ sustanzi suspettużi, allegatament ecstacy, LSD u drogi oħra sintetiċi. Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-aktar investigazzjonijiet.

Biż-żewġ każijiet kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn il-każijiet għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here