Home Kullħadd Tinstab id-droga waqt kontrolli mill-Pulizija tat-traffiku f’diversi lokalitajiet

Tinstab id-droga waqt kontrolli mill-Pulizija tat-traffiku f’diversi lokalitajiet

9
0
SHARE
Advertisement

Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malti wettqu diversi kontrolli tat-traffiku madwar Malta fejn irriżultaw f’sejba ta’ droga kif ukoll ġew osservati ksur ta’ regolamenti tat-traffiku.

F’kontrolli li saru fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid u fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, il-Pulizija tadDistrett ta’ Raħal Ġdid assisti mill-Pulizija tat-Traffiku, tar-Rapid Intervention Unit (RIU), misSezzjoni tal-Klieb, tal-Garaxx kif ukoll membri tal-Forzi Armati ta’ Malti, sabu:

  • F’vettura tal-għamla BMW 318D M Sport, misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena minn
    Birżebbuġa u fuq il-passiġġier, ġuvni ta’ 19-il sena minn Birżebbuġa ukoll, instabet
    sustanza suspettata kannabis u oġġetti relatati mal-użu tad-droga.
  • F’vettura tal-għamla BMW 320D, misjuqa minn  Sirjan ta’ 34 sena minn Raħal
    Ġdid nstabet sustanza suspettata kannabis.
  • Ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Ħamrun inqabad isuq vettura tal-għamla Toyota Tercel
    bla liċenzja valida.
  • F’vettura tal-għamla Toyota Vitz, fuq waħda mill-passiġġieri – tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Pietà – instabet sustanza suspettata kokaina.
  • Mara ta’ 30 sena residenti r-Rabat Għawdex instabet li kienet qed issuq l-vettura talgħamla Peugeot 206 taħt l-influwenza tal-alkoħol.
  • F’vettura tal-għamla Mercedes Benz CLS, misjuqa minn mara Rumena ta’ 34 sena residenti San Ġiljan instabet sustanza suspettata kokaina. Il-mara nstabet ukoll li kienet qed issuq l-vettura taħt l-influwenza tal-alkoħol.
  •  F’vettura tal-għamla Mercedes Benz A180, misjuqa minn raġel ta’ 21 sena mis-Siġġiewi nstabet sustanza suspettata kannabis u oġġetti relatati mal-użu tad-droga.

F’kontrolli oħra li saru fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa, il-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun sabu seba’ vetturi li kienu qed jinstaqu minn xufiera – li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u l-52 sena – li ma kinux koperti b’polza tal-assigurazjoni u/jew liċenzja valida tas-sewqan.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li se tkun qed toħroġ akkużi fil-konfront tal-persuni filwaqt li l-investigazzjonijet
għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here