Home Kullħadd Dawk li sfiduċjaw lil Delia jgħidu li qed ipoġġu fuq quddiem l-interessi...

Dawk li sfiduċjaw lil Delia jgħidu li qed ipoġġu fuq quddiem l-interessi tat-tesserati

7
0
SHARE
Advertisement

Fi stqarrija li ħarġu l-Ħadd kmieni wara nofsinhar, id-19-il deputat li sfiduċjaw lil Adrian Delia qalu li huma qed jiżguraw li kull deċiżjoni li ħadu u li għad iridu jieħdu se jpoġġu dejjem l-interessi tat-tesserati Nazzjonalisti.

Qalu wkoll li qed jagħmlu li qed jagħmlu fl-interess tal-Partit Nazzjonalista u tal-pajjiż.

Baqgħu jsostnu dwar l-għażla ta’ Therese Comodini Cachia għall-Kap tal-Oppożizzjoni u fi stqarrija ta’ tliet mitt kelma semmew kemm il-darba lit-tesserati, l-istess nies li Adrian Delia u tal-fazzjoni tiegħu qegħdin kontinwament isemmu li Delia sar kap bil-vot tagħhom.

Id-dsatax-il deputat Nazzjonalista kontra Adrian Delia qalu li jħossu s-sens ta’ inkwiet li jeżisti fil-partit f’tal-Pietà u għaddew sensiela ta’ botti lil fazzjoni Delia, li sa issa għad għandha t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f’idejha.

Qalu li l-pajjiż irid Oppożizzjoni mmexxija minn persuna ta’ integrità, serja, onestà u kredibbli.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here