Home Kullħadd Se jerġa’ jinbena l-kampnar tal-katidral tan-Notre Dame fuq id-disinn oriġinali Gotiku

Se jerġa’ jinbena l-kampnar tal-katidral tan-Notre Dame fuq id-disinn oriġinali Gotiku

7
0
SHARE
Advertisement

Il-kampnar tal-Katidral tan-Notre Dame f’Pariġi, li nqered f’nirien li ħakmu l-binja f’April tas-sena l-oħra, se jiġi rrestawrat skont id-disinn oriġinali Gotiku tiegħu.

Din id-deċiżjoni ħabbarha l-President Franċiż Emmanuel Macron, biex temm spekulazzjonijiet li l-kampnar se jinbena fuq stil modern.

Il-President qal li r-restawr mistenni jkun lest sal-2024, meta l-kapitali Franċiża se tospita l-logħob Olimpiku.

L-ewwel kampnar tal-Katidral inbena fis-seklu 13u tneħħa tard fis-seklu 18 minħabba ħsarat estensivi. Il-kampnar reġà nbena mill-Perit Eugene Viollet-le-Duc f’nofs is-seklu 19.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here