Home Kullħadd Riforma li permezz tagħha se tonqos il-ħela ta’ frott u ħaxix fil-Pitkalija

Riforma li permezz tagħha se tonqos il-ħela ta’ frott u ħaxix fil-Pitkalija

7
0
SHARE
Advertisement

Beda l-proċess sabiex sal-aħħar ta’ din is-sena tidħol fis-seħħ ir-riforma tal-Pitkalija. Riforma li ser tkun qed isaħħaħ l-Governanza u t-trasparenza fil-Pitkalija.

Il-Ministru għall-Biedja Anton Refalo saħaq li b’din ir-riforma l-Pitkalija ser tinfetaħ għal aktar teknoloġija u metodi moderni li permezz tagħhom se tonqos il-ħela ta’ frott u ħaxix.

Il-Ministru Refalo qal li l-bdiewa Maltin u Għawdxin ħaqqhom jieħdu l-prezz ġust għall-prodott li jkun daħħal fil-Pitkalija. Sostna li se jkun qed jiżgura li permezz ta’ din ir-riforma jinqatgħu għalkollox id-diversi abbużi li kienu jsiru fil-Pitkalija.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Pitkalija Marc Vella Bonnici qal li dan huwa pass li se jwassal għal strutturi b’saħħithom, moderni u effiċċjenti fil-Pitkalija.

Tenna wkoll li ma jistax il-bidwi jagħmel jiem jieħu ħsieb il-prodotti friski tiegħu biex imbagħad jispiċċa jintrema kollox.

Il-Ministru Refalo temm jgħid li l-għan aħħari tagħhom huwa li l-bidwi ma jibqax jiġi bżonn il-Pitkalija.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here