Home Kullħadd Tard illejla Delia jiftaħ attakk tremend u jgħid li se jittieħdu l-azzjonijiet...

Tard illejla Delia jiftaħ attakk tremend u jgħid li se jittieħdu l-azzjonijiet fil-konfront ta’ min sfiduċjah

12
0
SHARE
Advertisement

Fi stqarrija li għadu kif ħareġ fuq facebook, Adrian Delia saħaq li hu għadu Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni. F’attakk tremend fuq il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li rnexxielha tisfiduċjah, semma kif sab quddiemu żminijiet diffiċli u iebsa li nġabu min-nies il-partit stess.

F’botta oħra lil ta’ Busuttil, li fis-sigħat ta’ qabel għajjarhom elitisti, Delia qal li l-modi antiki ġġieldulu lura iżda hu għadu hawn.

Huwa esprima r-rabja tiegħu u qal li se jittieħdu l-azzjonijiet fl-istrutturi tal-partit fil-konfront ta’ dawk li sfiduċjawh. Hawnhekk qal l-grupp ta’ dsatax-il deputat li sfiduċjah għalissa għadu parti mill-Partit Nazzjonalista.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here