Home Kullħadd Adrian Delia jgħid li mhux se jċedi u se jibqa’ Kap tal-PN

Adrian Delia jgħid li mhux se jċedi u se jibqa’ Kap tal-PN

5
0
SHARE
Advertisement

Adrian Delia sostna li huwa se jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan f’konferenza tal-aħbarijiet ftit qabel is-sagħtejn ta’ filgħodu wara vot ta’ sfiduċja fih. Spjega kif il-mozzjoni ta’ sfiduċja fih tressqet minn Chris Said u kienet sekondata minn Therese Comodini Cachia.

“Jien mhux se nċedi u se nibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni. Għada se nidħol lura għax-xogħol”, saħaq Adrian Delia b’ton li mhux se jċedi wara li 19-il deputat sfiduċjah u 11-il deputat ieħor urih fiduċja.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kap tal-Partit informa lill-Grupp Parlamentari li beħsiebu jsejjaħ immedjatament laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv fuq is-suġġett ta’ sfiduċja.

Intqal li wara dan, Chris Said insista li xorta waħda jittieħed il-vot li fuq talba tal-istess Membri tal-Grupp Parlamentari ittieħed b’mod sigriet.

Il-Partit Nazzjonalista qal li Adrian Delia se jsejjaħ immedjatament laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv fuq l-istess vot, kif iddikjara li se jagħmel anki qabel l-istess vot.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here