Home Kullħadd Jittieħdu l-assi ta’ Dos Santos li nżammu f’kumpanija Maltija li direttur fuqha...

Jittieħdu l-assi ta’ Dos Santos li nżammu f’kumpanija Maltija li direttur fuqha hemm Buttigieg Scicluna

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern Portuġiż ħa f’idejh il-kontroll tal-ishma f’kumpanija ta’ Isabel dos Santos, bint l-eks President tal-Angola, biljunarja li qed tiġi mfittxija fuq korruzzjoni.

Kważi tliet kwarti tal-ishma ta’ Dos Santos f’din il-kumpanija bl-isem ta’ Efacec, huma miżmuma permezz tal-kumpanija Maltija Winterfell li għaliha jidher bħala direttur l-eks deputat Nazzjonalista Noel Buttigieg Scicluna.

Dan hu l-aħħar żvilupp fis-saga ta’ Isabel dos Santos li f’pajjiżha spiċċat bl-assi ffriżati fuq allegata korruzzjoni u tixħim minn fuq dahar kumpaniji nazzjonali f’pajjiżha.

L-involviment ta’ Buttigieg Scicluna ma’ dos Santos, li llum qed taffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni u frodi f’pajjiżha, jmur lura għal żmien meta l-eks deputat Nazzjonalista kien igawdi bil-kbir minn Gvernijiet Nazzjonalisti.

F’dan iż-żmien Buttigieg Scicluna serva bħala ambaxxatur għad-Danimarka, pajjiż iffrekwentat sew mir-raġel ta’ dos Santos li wkoll qed jafffaċja akkużi ta’ frodi.

Buttigieg Scicluna kien ukoll membru fuq diversi bordijiet tal-Gvern, fejn fuq medda ta’ għaxar snin huwa tħallas mat-€850,000.

Dan filwaqt li fi żmien it-tmexxija tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, huwa kien ifforma parti mill-kummissjoni li tgħarbel il-kandidati Nazzjonalisti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Buttigieg Scicluna ilu membru tal-Partit Nazzjonalista mis-snin sebgħin.

Jispikkaw relazzjonijiet mill-qrib fost oħrajn mat-tifel tal-eks Ministru Austin Gatt.

Dan filwaqt li llum għadu qrib ħafna tal-fazzjoni ta’ Busuttil u l-għaqda Repubblika.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here