Home Kullħadd Jagħlqu n-nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista

Jagħlqu n-nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista

7
0
SHARE
Advertisement

Illum, il-Ħadd 5 ta’ Lulju għalqu n-nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.

Għal din il-kariga, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet in-nomina ta’ Daniel Micallef, li sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista.

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista laqgħet ukoll in-nomini għall-karigi ta’ President, Viċi-President, Segretarju Organizzattiv u Segretarju Internazzjonali fi ħdan l-Amministrattiv tal-Partit Laburista:

Għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, tefgħet in-nomina tagħha Ramona Attard.

Għall-kariga ta’ Viċi-President tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu Louis Gatt.

Għall-kariga ta’ Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu William Lewis.

Għall-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, tefa’ n-nomina tiegħu Marc Vella Bonnici.

In-nominazzjonijiet ġew milqugħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista mill-Ġimgħa 3 ta’ Lulju sal-lum, il-Ħadd 5 ta’ Lulju.

Il-votazzjoni se ssir nhar is-Sibt, 25 ta’ Lulju u l-għadd tal-voti jsir dakinhar stess wara li tagħlaq il-votazzjoni.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here