Home Kullħadd Vince Muscat semma lil Melvin Theuma mal-pulizija

Vince Muscat semma lil Melvin Theuma mal-pulizija

12
0
SHARE
Advertisement

Vincent Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, wieħed mit-tliet persuni akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien qal lill-pulizija li Melvin Thuema kien il-middleman fil-qtil.

Dan qalu l-avukat Arthur Azzopardi li kien qed jiddefendi lill-Koħħu meta xehed fl-inkjesta pubblika fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Arthur Azzopardi qal li wara li Vince Muscat kien semma lil Melvin Theuma mal-Pulizija, l-aħwa Alfred u George Degiorgio kienu kellmuh u qalulu li jafu li kien qed jitkellem mal-pulizija.

Qal li kien hemm xnigħat li l-qraba tal-Koħħu kienu se jispiċċaw fil-mira ta’ attakk. Fl-elfejn u tmintax huwa kien irċieva theddid li se jinqatel. Tant li l-ikel li kien jingħata fil-ħabs kien beda jiġi ċċekkjat.

Azzopardi qal li mal-eks klijent tiegħu, isem Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien issemma fit-8 ta’ Settembru elfejn u dsatax.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here