Home Kullħadd Programm ta’ Residenza ġdid ser ikun qed jieħu post il-programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment

Programm ta’ Residenza ġdid ser ikun qed jieħu post il-programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment

9
0
SHARE
Advertisement

Programm ta’ Residenza ġdid ser ikun qed jieħu post il-programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment magħruf aħjar bħala l-IIP.

Ħabbar dan is-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-komunitajiet hekk kif spjega li l-programm il-ġdid ser ikun qed jiġi diskuss fil-Parlament fil-ġimgħat li ġejjin.

Ewlenin fost in-neċessitatjiet li jġib miegħu l-programm ġdid ta’ residenza huwa l-fatt li min ikun ilu joqgħod biss Malta minn tal-inqas sena jkun jista’ japplika għal ċittadinanza Maltija.

Dan apparti li persuna ma jistax japplika għal residenza Maltija qabel ma jkun sarlu proċess rigoruż ta’ skrutinju li jikseb l-informazzjoni kollha fuq l-individwu u l-passat tiegħu. Proċess li jieħu bejn 4 u 6 xhur.

Malli individwu jgħaddi minn dan il-proċess u jkun ilu joqgħod f’pajjiżna madwar sena jkun jista’ japplika għaċ-Ċittadinanza Maltija.

Min japplika għal-ċittadinanza wara sena biss ser ikun mitlub iħallas €750,000  filwaqt li min japplika wara 3 snin ikun mitlub iħallas €600,000.

Kull min japplika wkoll irid jħallas 50,000 għal kull dipendent, ikollu propjetà b’valur minimu ta’ 700,000 u jagħmel donazzjoni filantropika għal għaqdiet mhux governattivi tal-għażla tiegħu li ma tkunx inqas minn €10,000. Il-kirja minima ta’ persuna li japplika għal ċittadinanza Maltija hija ta’ €18,000.

Il-programm il-ġdid ser jagħmel f’liġi wkoll li l-aġenti għal dan il-programm għandhom ikunu biss awdituri, avukati, accountants u financial advisors liċenzjati. Kull aġent ser ikollu jgħaddi minn proċess apparti ta’ skrutinju kull sena li jħares lura lejn l-imġieba u l-metodi tagħhom relatati ma’ dan il-programm.

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat sostna li b’dan il-programm ġdid Malta ser tkun il-pajjiż bl-aktar programm esklussiv u ogħli fl-Unjoni Ewropea. Sostna li dan juri kemm il-pajjiż jagħti importanza r-reputazzjoni tiegħu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here