Home Kullħadd Investiment ta’ €2 miljuni minn fondi Ewropej għal imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet...

Investiment ta’ €2 miljuni minn fondi Ewropej għal imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet non-governattivi

12
0
SHARE
Advertisement

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li ħarġet sejħa għal proġetti kofinanzjati minn fondi Ewropej għall-imsieħba soċjali li jiffurmaw parti mill-MCESD u organizzazzjonijiet non-governattivi li qed jagħtu kontribut attiv fis-soċjetà Maltija.

Din is sejħa ta’ żewġ €2 miljun hija mmirata biex ikollna soċjetà aktar parteċipattiva permezz ta’ djalogu soċjali. L-għan ewlieni ta’ din is-sejħa huwa li jiġu inċentivati l-entitajiet biex jassiguraw li permezz tax-xogħol li qed jagħmlu jikrejaw soċjetà iktar inklussiva fejn l-opportunitajiet jilħqu lil kulħadd.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi sostna li permezz ta’ fondi Ewropej qed isir aktar investiment fl-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet biex ikollnasoċjetà iktar b’saħħitha. Huwa qal li dawn il-fondi se jkunu qed isaħħu lil dawn l-entitatjiet billi jtejbu l-operat tagħhom, u b’hekk jattriaw aktar xogħol u ideat għall-proġetti. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li pajjiżna rnexxielu jagħmel kisbiet kbar, kemm minn aspett ekonomiku u wisq aktar minn aspett soċjali.

Is-Sur Mario Cutajar, il-viċi president tal-MCESD, saħaq li s-soċjetà ċivili hija s-sinsla tas-soċjetà, fejn il-politika tal-gvern hija waħda li tinċentiva u tinvesti fix-xogħol li jagħmlu dawn l-entitajiet. Huwa kompla jgħid li mhux talli l-gvern jagħti kas is-soċjetà ċivili, iżda talli wkoll jinvesti fiha, u ħabba f’hekk jistieden aktar proġetti li jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet u diffikultajiet eżistenti. Is-Sur Cutajar qal li dawn il-fondi mhux biss huma importanti għas-soċjetà ċivili, iżda huma essenzjali għas-soċjetà fl-intier tagħha.

Dawn l-applikazzjonijiet se jagħlqu fit-30 ta’ Settembru 2020.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here