Home Kullħadd Infjorata b’turija ta’ solidarjetà u b’messaġġ ta’ tama fl-Għarb, Għawdex

Infjorata b’turija ta’ solidarjetà u b’messaġġ ta’ tama fl-Għarb, Għawdex

14
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar l-infjorata fil-pjazza tal-Għarb bit-tema ‘Nilqgħukom fostna Għarb Għawdex’. Il-Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal din is-sena l-infjorata qed issir bil-melħ ikkulurit sabiex tkun tista’ tibqa’ għall-wiri għal tul taż-żmien, possibilment is-sajf kollu. Hu spjega li dan it-titlu ntgħażel biex jintwerew il-prospettivi ġodda wara ż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19 u biex kulħadd ikun imħeġġeġ jibqa’ pożittiv matul ix-x-xhur li ġejjin.

Is-Sindku tal-Għarb David Apap Agius irringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri tas-sostenn kontinwu u tal-għajnuna finanzjarja sabiex din l-infjorata setgħet tkun possibbli. Il-Grupp Infjoraturi Għarb li jagħmel parti mill-Grupp EspressjonArti Għarb Malta huwa Assoċjazzjoni affiljata mal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Infjorata, u huwa grupp volontarju. Id-disinn tal-infjorata ta’ din is-sena sar mis-Sur Michael Bajada.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, rringrazzja lill-Grupp Infjoraturi Għarb u saħaq li din l-infjorata se sservi ta’ attrazzjoni turistika, dan anke fid-dawl li reġa’ fetaħ l-ajruport internazzjonali ta’ Malta u erġajna bdejna nilqgħu t-turisti fil-gżejjer tagħna.

Ritratti: MGOZ

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here