Home Kullħadd Il-KE b’azzjoni legali kontra 10 pajjiżi li ma tawx rifużjoni għal titjiriet...

Il-KE b’azzjoni legali kontra 10 pajjiżi li ma tawx rifużjoni għal titjiriet li ġew ikkanċellati

9
0
SHARE
Advertisement

Il-Kummissjoni Ewropea b’azzjoni legali kontra għaxar pajjiżi stati membri għall-fatt li naqsu milli jirrispettaw ir-reogli tad-drittijiet tal-passiġġieri minħabba t-tfixkil li ġabet magħha l-pandemija COVID-19 fis-settur tal-avjazzjoni.

Skont id-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-ivvjaġġar, persuni li kienu se jivvjaġġaw fil-perjodu li l-ajruporti kienu magħluqa, huma ntitolati għal rifużjoni sħiħa jew vouchers f’każ li l-operaturi kkanċċellaw.

L-għaxar pajjiżi li l-KE se tieħu passi kontrihom huma: ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja. Il-Kumissjoni Ewropea qalet li dawn l-10 pajjiżi jew ma tawx rifużjoni jew li taw vouchers biss.

Dawn l-istati membri issa għandhom xahrejn biex iwieġbu lill-Kummissjoni u jemendaw ir-regoli tagħhom.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here