Home One News Tkompli l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Tkompli l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

4
0
SHARE
Advertisement

Fil-Qorti illum qed tkompli l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Illum qed jixhed l-Assistent Kummissarju Ian Abdila. Qal li għandu mijiet ta’ każijiet li qegħdin jiġu investigati dwar allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.

Dwar Pilatus Bank, meta saru l-allegazzjonijiet fuq il-kumpanija Egrant, l-Assistent Kummissarju Ian Abdila qal li huwa ssejjaħ id-Depot fid-disgħa ta’ filgħaxija. Qal il-bank ġie magħluq fit-tmienja u għoxrin ta’ April 2017 u mgħasses mill-Pulizija.

Mistoqsi dwar l-episodju tal-bagalja, Ian Abdila qal li ma daħal xejn u ma ħareġ xejn. Il-Bank kollu kien mgħammar bil-kameras tasCCTV u ma nħareġ l-ebda dokument. Il-filmat raħ ukoll l-Imħallef Aaron Bugeja fl-inkjesta Egrant.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here