Home One News Tiġrijiet taż-Żwiemel – Nhar il-Ġimgħa jibda l-kampjonat tas-sajf

Tiġrijiet taż-Żwiemel – Nhar il-Ġimgħa jibda l-kampjonat tas-sajf

4
0
SHARE
Advertisement
Wara waqfa ta’ kważi 4 xhur minħabba l-pandemija Covid19, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju se jitkompla l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel hekk kif jibda l-Kampjonat tas-Sajf.
Għat-tielet sena konsekuttiva il-finali ta’ dan il-kampjonat se jkunu qed jiġu sostenuti finanzjarjament mill-grupp MRTL li huwa l-konsorzju immirat li fil-futur qarib se jkun qed jieħu f’idu l-iżvilupp tal-korsa tal-Marsa.

L-istennija għal dan il-kampjonat hija waħda kbira hekk kif is-sidien u l-ġerrejja ilhom issa jippreparaw iż-żwiemel tagħhom għal diversi ġimgħat u xiehda ta’ dan hija l-kitba qawwija li kien hemm tant li għall-ewwel fażi ta’ dan il-kampjonat se jkunu qed isiru 4 programmi u mhux 3 kif kien previst.

Total ta’ 461 żiemel fosthom 67 ġodda se jiġru fi 32 tiġrija fejn dawn jiġu allokati punti skond l-ordni tar-riżultat uffiċjali. Matul dan il-kampjonat li l-finali tiegħu huma programmati għall-Ħadd 16 t’Awissu, kull żiemel jista jiġri massimu ta’ tliet tiġrijiet. Iż-żwiemel se jkunu qed jiġru f’seba’ kategoriji differenti u dawk iż-żwiemel li jkollhom l-akbar ammont ta’ punti f’kull kategorija jakkwistaw id-dritt li jiġru fil-finali. Kull finali tkun tikkonsisti fi 12 il-żiemel.

It-Tlieta wara nofsinhar kien ikkonfermat li l-pubbliku se jkun jista jattendi għal dawn it-tiġrijiet. Madanakollu għall-ewwel darba fl-istorja tat-tiġrijiet lokali t-tiġrijiet se jkunu aċċessibbli fuq il-midja soċjali u s-sit tal-Malta Racing Club ftit minuti wara li tispiċċa t-tiġrija u joħroġ ir-riżultat uffiċjali.

L-ewwel tiġrija tibda fis-7:00 pm.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here