Home Kullħadd Lura għan-normalità – Illum tneħħiet l-emerġenza ta’ saħħa pubblika

Lura għan-normalità – Illum tneħħiet l-emerġenza ta’ saħħa pubblika

4
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif bdejna xahar ġdid, Malta wkoll bdiet sejra għal aktar normalità.

Propju llum, mal-ftuħ mill-ġdid tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, tneħħiet l-emerġenza ta’ saħħa pubblika.

Dan ifisser li diversi restrizzjonijiet ser ikunu qed jitneħħew, fosthom l-attivitajiet tal-massa u l-għeluq tal-iskejjel.

Il-poplu Malti u Għawdxi wkoll qabad it-triq għan-normalità, b’uħud reġgħu lura għar-rutina normali tax-xogħol.

Minn toroq kwieti u vojta, Malta u Għawdex issa reġgħu ħadu r-ruħ.

Dan kien tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela fl-14 ta’ Ġunju.

Malta kienet f’emerġenza għas-saħħa pubblika fis-7 ta’ Marzu li għadda.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here