Home One News ARA: Crew mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE jgħin lill-kollega jipproponi lit-tfajla tiegħu

ARA: Crew mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE jgħin lill-kollega jipproponi lit-tfajla tiegħu

6
0
SHARE
Advertisement

Ġurnalist u cameraperson mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE għenu lill-kollega tagħhom Quillan Demicoli biex jipproponi lit-tfajla tiegħu Sarah Abela fl-istess post fejn iltaqa’ magħha tliet snin ilu.

Il-ġurnalist Colin Deguara u l-cameraperson Shaun Cucciardi ltaqgħu mal-koppja waqt li kienu qed jippassiġġaw f’Tas-Sliema u dawn għamlu ta’ bi ruħhom li qed jaħdmu fuq servizz tal-aħbarijiet dwar l-importanza taż-żwieġ għaż-żgħażagħ.

Quillan kien jaf li l-kollegi tiegħu kienu hemm biex jgħinuh jagħmel din il-mistoqsija tant importanti iżda Sarah ma’ kellha ebda ħjiel x’ser ikun qed jiġri.

Il-cew staqsa lill-koppja biex jagħmlulhom intervista qasira dwar is-suġġett u kien waqt din l-intervista li Quillan niżel għarkupptejh u għamel il-mistoqsija tant importanti. Ara ir-reazzjoni ta’ Sarah u fuq kollox it-tweġiba tagħha fis-servizz.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here