Home One News Tista’ tesperjenza dinja oħra taħt l-ilma permezz tar-realtà virtwali

Tista’ tesperjenza dinja oħra taħt l-ilma permezz tar-realtà virtwali

4
0
SHARE
Advertisement

Permezz tar-realtà virtwali wieħed ser ikun jista’ jesperjenza dinja oħra, dik ta’ taħt il-baħar. Dan il-mużew ser ikun qed jinkludi minn siti oqdma ta’ opri tal-baħar bħal dak ta’ xwieni tal-Mediterran sa ajruplani u sottomarini.

Dan huwa frott ta’ ħafna snin ta’ xogħol u studju arkeoloġiku taħt il-baħar u qed jiġi ppreżentat f’dan il-proġett li huwa mmirat għal dawk dilettanti tal-għadds u l-istorja.

Dan sar b’investiment ta’ €100,000 fuq tul kważi 3 snin.

Il-Kap tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia sostna li matul is-sena 2019 kien hemm mal-131,000 minn fost 177,000 turist li żaru pajjiżna speċifikament sabiex jieħdu sehem f’attivitajiet tal-għadds.

Għaldaqstant permezz tal-website www.underwatermalta.org wieħed jista’ jippjana u jesplora minn qabel.

Gulia sostna kif permezz ta’ dan il-proġett ser inkunu qed insostnu l-wirt kulturali ta’ pajjiżna – dak ta’ taħt il baħar. Ser ikun ukoll essenzjali għaliex ser ikompli jgħarraf lil dawk li jmissu miegħu fuq it-teknika u dak kollu li joffri l-għadds.

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tenniet li hekk kif issa ser jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta irridu wkoll nkunu kompettivi f’dak li noffru billi nkunu vibranti f’dak li noffru lit-turist.

Farrugia Portelli fakkret ukoll kif pajjiżna kien fost minn tal-ewwel li fetaħ is-siti storiċi tiegħu b’mod virtwali.

Dan il-proġett sar b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Università ta’ Malta u Heritage Malta.

Sabiex wieħed jiskopri aktar jista’ jżur is-sit www.underwatermalta.org

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here