Home One News Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers ta’ €100

Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers ta’ €100

3
0
SHARE
Advertisement

Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers ta’ €100. B’25,000 negozju se jibbenefikaw minn injezzjoni ta’ €45 miljun f’dawn it-3 xhur għax il-vouchers se jkunu jistghu jissarfu għandhom.

Dan tħabbar mill-Ministru Silvio Schembri.

Min għada Kull negozju eleġibbli se jkun qed jirċievi ittra u activation code sabiex il-vouchers ikunu jistgħu jissarfu.

In-negozju għandhom ċans ħamest ijiem sabiex jattivaw il-kont kummerċjali għal voucher.

Is-sistema se tgħidlek jekk il-voucher huwiex validu u sid in-negozju se jirċievi l-voucher dakinhar stess.

Kull persuna li għandha ‘l fuq minn 16-il sena se jingħatalha voucher ta’ €100 biex jintuża f’post ta’ akkomodazzjoni turistika, ristorant jew negozju li għalaq waqt il-pandemija.

Il-voucher se jinqasam f’ħamsa, bl-ewwel tmenin ewro jistgħu jintefqu  f’lukandi jew ristoranti fost oħrajn u l-kumplament, jiġifieri l-€20 li jifdal, jistgħu jintefqu f’negozju li waqt il-pandemija għalaq, bħal ħanut tal-ħwejjeġ jew ħanut li joffri servizzi ta’ sbuħija, bħal dawk li jagħmlu d-dwiefer u tax-xagħar.

B’din il-miżura, koppja f’Malta se tirċievi voucher ta’ €200 u familja b’żewġ t’itfal ta’ 16-il sena ‘l fuq se tirċievi €400 li jridu jintefqu sa Settembru.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here