Home One News L-ewwel bank nazzjonali tal-ġenetika li jħares l-agrikoltura f’pajjiżna

L-ewwel bank nazzjonali tal-ġenetika li jħares l-agrikoltura f’pajjiżna

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru tal-Agrikultura, Sajd u Ħarsien tal-Annimali ħabbar proġett ġdid ta’ bank Nazzjonali tal-Ġenetika fl-impjant ta’ konservazzjoni fiċ-Ċentru tal-Pjant Bijoteknoloġiku f’Ħal Lija.

Dan il-bank ser ikun qed iservi bħal repożitorju nazzjonali li jħares il-pjanti u l-agrikultura selvaġġa kif ukoll l-użu b’mod sostenibbli tal-agrikultura. Din il-faċilità ser tkun qed tiġbor fosthom iż-żerriegħa tal-pjanti sabiex jiġu ppriservati biex eventwalment tmur għad-disseminazzjoni. Dan ser ikun qed jikkumplimenta wkoll l-investiment eżistenti li sar fil-Plant Protection Directorate riċentement.

Il-Ministru Refalo qal li dan il-bank ser jiġġenera u janalizza d-diversità ġenetika li teżisti filwaqt li tagħti lok għal aktar għarfien u edukazzjoni fejn tidħol il-wirt kulturali tal-pjanti nazzjonali.

L-aċċess għal germplasm u l-genetic database ħa tkompli tikkontribwixxi għal ħidma li qed ssir madwar id-dinja fejn jidħol is-sigurtà tal-ikel kif ukoll l-iżvillupp ta’ varjetà ġdida li ġa teżisti li huma reżiljenti għal diversi problemi komuni. Fosthom fejn tidħol in-nixfa, high soil salinity, bidla fil-klima, nutrizzjoni tal-pjanti u mard tal-pjanti.

Dan il-proġett ser jassigura li jħares l-konservazzjoni u l-użu sostennibbli fl-agrikultura filwaqt li jikkometti għal ftehim internazzjonali li pajjiżna ffirma għalih sabiex tħares dan filwaqt li tirregola l-benefiċċji sabiex ikunu ekwi partikolarment fejn tidħol is-sigurtà tal-ikel.

Preżenti għat-tnedija kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-bank nazzjonali tal-Genetika huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li setgħa jitwettaq grazzi għall-fondi Ewropej u huwa wegħda oħra mwettqa ta’ dan il-gvern fejn għal darb’ oħra qed jerġa’ jagħti l-prijorità mistħoqqa fejn tidħol il-konservazzjoni tal-riżorsi kulturali u naturali li għandna f’pajjiżna. Dan filwaqt li twitti t-triq għal bosta entitajiet u fundazzjonijiet oħra għal aktar riċerka u innovazzjoni.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here