Home One News Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ lampanti fil-konfront ta’ Joseph Muscat

Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ lampanti fil-konfront ta’ Joseph Muscat

4
0
SHARE
Advertisement

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia sab lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ lampanti fil-konfront ta’ Joseph Muscat.

Jason Azzopardi kien allega li Dr. Muscat kellu informazzjoni li hemm pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia u għaldaqstant sejjaħ l-elezzjoni ġenerali qabel.

Fis-seduta parlamentari tal-Ħamis filgħaxija, Joseph Muscat ressaq ksur ta’ privileġġ u qal li l-aġir ta’ Azzopardi kien gidba inġurjuża u malafamanti fil-konfront tiegħu, li minbarra li ċaħadha bil-qawwa kollha, hija bla bażi.

Dr. Muscat kien qal li huwa l-unika Prim Ministru li taħtu ssolva każ maġġuri ta’ qtil.

Hekk kif ta r-ruling, l-Ispeaker staqsa lil Jason Azzopardi jekk hux se jirtira l-kliem li qal iżda huwa qam u saħaq li mhux se jirtira l-kliem.

B’hekk issa dan il-każ se jgħaddi wkoll quddiem il-kumitat permanenti dwar il-privileġġi.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here