Home One News Imorru jistadu għall-ħut wara li ħarbu mill-fish farms

Imorru jistadu għall-ħut wara li ħarbu mill-fish farms

7
0
SHARE
Advertisement

Bosta sajjieda u dilettanti ta’ kull età dalgħodu kienu jinsabu l-bajja s-sabiħa f’Birżebbuġa jittantaw xortihom f’qabda ħut.

Uħud bi tbissima liema bħalha fuq wiċċhom intlemħu bil-barmil maġenbhom mimli bl-awrat f’xemx tiżreġ u baħar blu ċar. Dawn is-sajjieda ma qatgħux qalbhom minkejja t-temp sħun tas-sajf.

Nies fuq il-post tennew li għamlu festa ta’ qabda ta’ ħut f’jum l-Imnarja f’Jum l-Imnarja fejn mat-tokki tad-9:00 am inxterdet il-kelma li kien hemm bosta awrat max-xtajta wara li kien ħarab minn fish farm. Dawn sostnew li ħatfu l-opportunità biex jagħmlu sajda faċli u mingħajr xkiel.

Sajjieda li kienu fuq il-post it-Tlieta filgħodu tennew li għalihom din kienet ġenna tal-art u oħrajn b’sens ta’ kburija ftaħru li qabdu bejn 80 u 90 awrata.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here