Home One News Demarco jraqqaq il-pannu bil-qargħa aħmar dwar Debono

Demarco jraqqaq il-pannu bil-qargħa aħmar dwar Debono

2
0
SHARE
Advertisement

Skont id-deputat Nazzjonalista Mario Demarco, Kristy Debono rriżenjat minn President tal-Kunsill Ġenerali wara li nqabdet li flimkien ma’ Herman Schiavone ltaqgħet ma’ Yorgen Fenech wara li sar magħruf li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black.

F’April tas-sena l-oħra, Debono u Schiavone kienu nkixfu li marru għand Yorgen Fenech, illum is-suspettat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Kristy Debono u Herman Schiavone, żewġ deputati li sa ftit taż-żmien ilu kienu leali lejn il-fazzjoni Delia iżda issa donnhom qed jiddistakkaw ruħhom mill-kap, dejjem sostnew l-innoċenza tagħhom u qalu li marru biex jitlobu sala b’xejn m’għand Yorgen Fenech.

Għal dan, skont Mario Demarco, li kien qed jitkellem fuq ix-xandir tal-istat, ħallsu prezz politiku hekk kif Kristy Debono m’għadhiex President tal-Kunsill Ġenerali, wieħed mill-organi tal-partit tal-maduma.

Demarco qal: “Li għamlu laqgħa li għaliha spjegaw u li għaliha ħallsu wkoll prezz politiku.

Meta kien mistoqsi: “X’inhu l-prezz politiku?”

Demarco wieġeb: “Rajnieha, Kristy Debono m’għadiex President tal-Kunsill Ġenerali tal-partit.

Ir-riżenja ta’ Kristy Debono minn President tal-Kunsill Ġenerali saret fi Frar, fl-istess jum li kien irriżenja Robert Arrigo biex imbagħad baqa’.

Fi Frar, l-istrutturi tal-partit f’tal-Pietà theżżew, anki wara li kien irriżenja Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, fl-eqqel tar-rivolta kontra l-kap minn dawk imsejħa bħala s-sbatax-il eroj blu.

Iżda l-każ tal-laqgħa ta’ Kristy Debono u Herman Schiavone ma’ Yorgen Fenech ta’ Tumas kien seħħ f’April ta’ sena qabel, jiġifieri għaxar xhur qabel.

Għal dan kollu, Kristy Debono kienet baqgħet President tal-Kunsill Ġenerali, anki jekk affaċċjat kritika qawwija mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil biex titneħħa.

Dak iż-żmien Herman Schiavone kien issospenda lilu nnifsu mill-grupp parlamentari, biex ftit wara reġa’ daħal, f’dik li l-Partit Laburista sejjaħ azzjoni taparsi.

Għal dan kollu, Mario Demarco għamel dikjarazzjoni surreali u ridna nemmnu li Kristy Debono ħallset prezz politiku fuq laqgħa li kompliet iġġib ġlied u firda fil-partit ta’ Adrian Delia.

Ir-raġuni vera li kienet ġiet irrappurtata meta Debono rriżenjat minn President tal-Kunsill Ġenerali kienet li din warrbet minħabba ċ-ċirkostanzi li kienu qed jiżviluppaw fil-Partit Nazzjonalista fi Frar meta l-kap affaċċja sfida diretta mill-fazzjoni Simon Busuttil li riedet ittajru.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here