Home One News Anzjan ta’ 76 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza...

Anzjan ta’ 76 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo ħajt

3
0
SHARE
Advertisement

Anzjan ta’ 76 sena mill-Qala ġarrab ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontra tal-karozza tal-għamla Hyundai, li kien qed isuq, b’konsegwenza li baqa’ dieħel ġo ħajt.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00 p.m. fi Triq Nazzarenu f’Tas-Sliema.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here