Home One News Anzjan ta’ 70 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident...

Anzjan ta’ 70 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr

6
0
SHARE
Advertisement

Anzjan ta’ 70 sena mill-Imġarr ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-vettura li kien qed isuq tal-għamla Peugeot ma’ karozzab tat-tip BMW li kienet misjuqa minn raġel ta’ 39 sena mill-Għagħur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra
minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here