Home Net News Qbil bejn Anthony Joshua u Tyson Fury għal żewġ ġlidiet boxing probabbilment...

Qbil bejn Anthony Joshua u Tyson Fury għal żewġ ġlidiet boxing probabbilment fl-2021

16
0
SHARE
Advertisement

Il-promotur Eddie Hearn ikkonferma li Anthony Joshua u Tyson Fury laħqu ftehim finanzjarju għal żewġ ġlidiet. Id-dwell bejn dawn it-tnejn ilu jissemma għal diversi snin iżda għal xi raġuni din il-ġlieda naqset milli sseħħ. Dawn iż-żewġ ġlidiet għandhom itemmu d-dibattitu dwar liema hu l-aqwa Britanniku minn żmien Lennox Lewis.

Joshua għandu t-titli heavyweight IBF, WBA u WBO wara li
għeleb lil Andy Ruiz Junior fl-Arabja Sawdija f’Diċembru li għadda, f’dik li
kienet it-tieni ġlieda bejniethom. Fuq in-naħa l-oħra, Fury għeleb lil Deontay
Wilder fi Frar li għadda biex rebaħ it-titlu dinji WBC.

“Qed nimxu fid-direzzjoni t-tajba. Ninsab kunfidenti li
ż-żewġ irġiel approvaw biex il-ġlieda sseħħ.” Hearn kompla li għad fadal dettalji
biex kollox jiġi konkluż, fosthom id-dati u l-postijiet tal-ġlidiet. Hu
kkonferma li qabel ma jseħħu dawn il-ġlidiet, Joshua għad irid jiġġieled kontra
Dillian Whyte u għalhekk mistenni li l-ġlidiet kontra Fury se jseħħu fl-2021.

The post Qbil bejn Anthony Joshua u Tyson Fury għal żewġ ġlidiet boxing probabbilment fl-2021 appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here