Home Net News Jeħtieġ tieqaf il-mibgħeda fil-pajjiż

Jeħtieġ tieqaf il-mibgħeda fil-pajjiż

14
0
SHARE
Advertisement

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li għandha tieqaf il-mibgħeda li qed tikber fil-pajjiż.

Fl-Aġġornament
fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li fil-pajjiż hawn żieda
sfrenata ta’ attakki ta’ mibgħeda u qalet li l-probelma ġejja minn
fuq nett fejn il-prim ministru flok jgħid kif se jqajjem
l-ekonomija, juża żmien ta’ 24 minuta biex jattakka lill-PN għax
jagħmel xogħlu.

Hi semmiet
il-media li talbet li ssir investigazzjoni fuq użu ħażin ta’ fondi
pubbliċi fejn irriżulta li għaddejja inkjesta pubblika dwar kif
membri tal-kabinet jużaw fondi pubbliċi biex jippromwou lilhom
innfushom.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li li kien biss il-Kap tal-PN li appella biex jinbidel dan it-ton għalkemm il-Ministru Evarist Bartolo deher japprova dan id-diskors. Mill-bqija ħadd ma jimpurtah għaliex il-poplu jinteressah biss x’se jieħu f’dawn it-tliet xhur li ġejjin.

Hi tkellmet
dwar il-valuri fil-politika u qalet li l-PN qed jiddiżasjoċa lilu
nnifsu minn xi bojkott iżda ħadd mill-gvern ma qal biex ma jkunx
hemm distinzjoni bejn in-negozji fil-mod kif jintużaw il-vouchers.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-messaġġ qed jasal.

Claudette
Buttigieg sellmet lil Angelo Coleiro u lil Terry Muscat, żewġ
persuni transgender u qalet li hi emendat il-kostituzzjoni
biex kull persuna tkun intitolata għad-drittijiet tagħha
irrispettivament mir-razza, sess, orjentazzjoni sesswali u
tal-ġeneru. Dan ifisser li ħadd ma jista’ jiddiskrimina kontra
persuni transgender, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet
li l-liġi qed tinkiser fil-konfront tal-attakki kontra Angela
Coleiro. Għalhekk il-pulizija jridu jħarsu lejn il-liġi meta
jinvestigaw dan il-każ.

Dwar il-każ
ta’ Terry Muscat, id-deputat Nazzjonalista qal li ħadd m’għandu
dritt li jitmejjel b’Terry. Dan hu totalment inaċċettabbli,
sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li lil żewġ żgħażagħ
qalulhom li għandu jsir gang rape fuq it-tfajliet waqt li
lill-guvintur ituhom xebgħa baseball bat. Hi kkundannat lill-persuna
ta’ kulur li kellha kartellun kontra tfajliet bojod. Il-ħażin
jibqa’ ħażin irrispettivmnet mill-kulur tal-ġilda.

Id-deputat
Nazzjonalista appellat biex id-deputati ma jrewħux fuq ġamar li qed
isir nar; għad jiddispjaċina bil-kbir. Jeħtieġ niċċeleberaw
id-differenza bejn xulxin.

The post Jeħtieġ tieqaf il-mibgħeda fil-pajjiż appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here