Home Net News Is-smigħ dwar l-iskandlu tal-Pulizija tat-Traffiku assenjat lil 4 Maġistrati

Is-smigħ dwar l-iskandlu tal-Pulizija tat-Traffiku assenjat lil 4 Maġistrati

31
0
SHARE
Advertisement

Żvilupp importanti marbut mal-iskandlu fis-sezzjoni tat-traffiku tal-Pulizija, hekk kif tħabbar li l-proċeduri kontra 32 uffiċjal kienu assenjati lil erba’ Maġistrati; il-Maġistrat Audrey Demicoli, Marsanne Farrugia, Rachel Montebello u Ian Farrugia.

Sa issa għad m’hemmx dati għal meta se jibdew il-każijiet
f’kawżi ta’ ċitazzjoni, li jibdew skont id-diskrezzjoni tal-Maġistrat
partikolari.

Il-Pulizija mistennija jiġu akkużati bi frodi, kompliċità ta’ frodi, li għamlu dikjarazzjonijiet foloz u kompliċità tal-istess dikjarazzjonijiet iżda mhux se jkunu akkużati b’ħasil ta’ flus kif kien maħsub oriġinarjament, u kien għalhekk li dawn ma tressqux b’arrest. 

Fost dawk li se jiffaċċaw
il-ġustizzja hemm is-Supretendent Walter Spiteri, Kap tat-Taqsima tat-Traffiku
li kien reġa’ ddaħħal fil-Korp fl-1 ta’ Jannar tal-2017 u li fi Frar li għadda
rriżenja b’rabta ma’ dan il-każ. 

Mistennija jitressqu wkoll l-Ispetturi Pierguido Saliba u Nikolai Sant li flimkien mas-Supretendent Walter Spiteri, li mistennija jiffaċċaw l-akkuża li approvaw sahra li qatt ma saret.

Il-membri l-oħra
tal-Pulizija li qegħdin jiġu akkużati huma fir-ranks ta’ Surġenti u
Kuntistabbli u li fosthom hemm mara.

Minbarra stejjer ta’ eluf
ta’ ewro fi ħlasijiet minn taħt, fi Frar kienu inkixfu wkoll stejjer ta’
theddid fuq uffiċjali oħra tal-Pulizija, relazzjonijiet intimi bejn Pulizija
f’forma ta’ tpattija, serq ta’ fuel, xibka ta’ hbiberiji, u ċitazzjonijiet
maħfura b’mod abbużiv.

The post Is-smigħ dwar l-iskandlu tal-Pulizija tat-Traffiku assenjat lil 4 Maġistrati appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here