Home Net News In-negozjanti mħassba dwar il-futur ekonomiku

In-negozjanti mħassba dwar il-futur ekonomiku

16
0
SHARE
Advertisement

Aktar minn 60 fil-mija tan-negozjanti f’pajjiżna jibżgħu li
fis-sitt xhur li ġejjin se jibqgħu fl-istess stat finanzjarju li huma bħalissa
jew saħansitra jmorru għall-agħar.

Apparti minn hekk, bhala pajjiz, anke issa irridu noqghodu attenti, ghaliex il-virus ghadu maghna.

Dawn il-punti hargu waqt il-prezentazzjoni ta’ stħarriġ
ikkummissjonat mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (u li sar f’Mejju li għadda,
meta pajjiżna kien għadu maħkum mill-pandemija tal-Coronavirus.

Id-Direttur Ġenerali tal-MEA Joe Farrugia qal li ċerti inċentivi setgħu jinkludu aktar negozji. Dan speċjalment b’referenza għall-fatt li għadd ta’ negozji u ħaddiema tagħhom la ngħataw ebda għajnuna, la fil-bidu tal-pandemija u lanqas issa.

Fl-istħarriġ ħareġ li 87 fil-mija tan-negozji kellhom tnaqqis fil-bejgħ matul dan il-perjodu. Min-naħa l-oħra, mill-istħarriġ ta’ April kważi irdoppja l-ammont ta’ negozji li kellhom ikeċċu lil xi impjegati.

L-istħarriġ ta’ April juri li kien hemm 9 fil-mija
tal-kumpaniji li kellhom jirrikorru għal redundancies. Fl-istħarriġ ta’ Mejju,
imbgħad, dan l-ammont tela’ għal 17%, jew aktar minn 40 kumpanija. 88 fil-mija
tal-kumpaniji li taw redundancies, keċċew sa kwart mill-impjegati, 9 fil-mija
keċċew sa nofs l-impjegati u 5 fil-mija keċċew sa tliet kwarti tal-impjegati.

Barra minhekk, 20 fil-mija għadhom qed jaraw il-possibbiltà
li r-redundancies ikomplu, kontra l-34 fil-mija li qed jgħidu li dan mhux se
jkun il-każ. Iżda wieħed ma jridx jinsa lil kważi nofs in-negozji – 46 fil-mija
– li għadhom indeċiżi dwar tkeċċijiet fil-futur.

Meta kien qed jispjega dawn iċ-ċifri partikolari, Joe
Farrugia rrikonoxxa t-tħassib tal-MEA li jista’ jiżdied il-qgħad. Spjega li
s-setturi li jistgħu jintlaqtu l-aktar miż-żieda fil-qgħad huma dawk
tal-ospitalità u anke tal-ħwienet.

Dwar meta wieħed qed jistenna li l-ekonomija tirkupra
mid-daqqa ekonomika, 54 fil-mija tan-negozji wieġbu li dan jista’ jdum aktar
minn sena – 26 fil-mija jaħsbu li sena u 27 fil-mija jaħsbu li sena u nofs. U
filwaqt li ħafna kumpaniji qalu li l-għajnuniet tal-Gvern ma kienux effettivi,
l-MEA temmen li l-wage supplements tnaqqsu kmieni wisq għax kellhom jibqgħu kif
kienu almenu sa tmiem is-Sajf.

Joe Farrugia qal li l-Assoċjazzjoni tat marka ta’ 70 fil-mija
b’approvazzjoni għall-miżuri mħabbra t-Tnejn li għadda.

The post In-negozjanti mħassba dwar il-futur ekonomiku appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here