Home Net News Id-deċiżjoni dwar l-appell ta’ Manchester City fil-CAS titħabbar f’Lulju

Id-deċiżjoni dwar l-appell ta’ Manchester City fil-CAS titħabbar f’Lulju

53
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport se jħabbar id-deċiżjoni tal-appell ta’ Manchester City kontra s-sospensjoni Ewropea fl-ewwel nofs ta’ Lulju. Is-smigħ sar fuq tlett ijiem permezz ta’ video conference, biż-żewġ partijiet jaqblu li l-proċedura kienet sodisfaċenti għalihom.

Iċ-champions Ingliżi appellaw id-deċiżjoni maħruġa fi
Frar li għadda. Il-UEFA imponiet sospensjoni ta’ sentejn mill-kompetizzjonijiet
Ewropej fuq Manchester City u mmultathom madwar €28 miljun minħabba ksur serju
tar-regoli tal-Financial Fair Play bejn l-2012 u l-2016.

Il-Bord tal-Kontroll Finanzjarju tal-Klabbs tal-UEFA qal
ukoll li Manchester City naqsu li jikkoperaw mal-investigazzjoni. Jekk l-appell
ma jintlaqax mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport u Manchester City jispiċċaw
mal-ewwel erbgħa fil-Premier League, il-post fiċ-Champions League staġun ieħor
jittieħed mit-tim li jispiċċa l-kampjonat Ingliż fil-ħames post.

The post Id-deċiżjoni dwar l-appell ta’ Manchester City fil-CAS titħabbar f’Lulju appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here