Home Net News Drasko Braunovic Direttur Tekniku u Gilbert Agius se jibqa’ assistent kowċ ta’...

Drasko Braunovic Direttur Tekniku u Gilbert Agius se jibqa’ assistent kowċ ta’ Valletta

19
0
SHARE
Advertisement

L-eks plejer ta’ Rabat Ajax, Valletta u Birkirkara Drasko Braunovic ħabbar fuq il-profil tiegħu fuq facebook li se jkun qed jirritorna ma’ Valletta fl-irwol ta’ Direttur Tekniku tal-klabb.

Braunovic kien diġà jinsab f’pajjiżna wara li f’Marzu
nħatar bħala assistent kowċ ta’ Vladan Tomic. Iżda l-esperjenza tiegħu kienet
qasira ferm hekk kif mexxew lit-tim għall-konfront kontra Sliema Wanderers biss,
hekk kif il-kampjonat twaqqaf minħabba l-Covid-19.

Intant, il-leġġenda ta’ Valletta Gilbert Agius se jibqa’
mal-klabb fl-irwol ta’ assistent kowċ wara laqgħa li fiha ntlaħaq ftehim. Għal
Agius kien hemm interess minn klabbs oħra iżda għażel li jibqa’ mal-Beltin biex
iservi bħala assistent tal-kowċ Giovanni Tedesco. Agius serva bħala assistent
kowċ taħt diversi kowċis ta’ Valletta fl-aħħar tmien snin.

The post Drasko Braunovic Direttur Tekniku u Gilbert Agius se jibqa’ assistent kowċ ta’ Valletta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here