Home Net News Appell fuq l-istazzjon Laburista għal aktar għajnuniet

Appell fuq l-istazzjon Laburista għal aktar għajnuniet

24
0
SHARE
Advertisement

Il-kandidat Laburista Jeffrey Pullicino Orlando esprima tifħir
lejn il-proposta tal-Partit Nazzjonalista li dawk li kienu u għadhom fuq
quddiem fil-ġlieda kontra l-Coronavirus jingħataw rikonoxximent xieraq
għall-ħidma kontinwa tagħhom.

Waqt li kien qed jipparteċipa fi programm fuq l-istazzjon
televiżiv tal-Partit Laburista, fejn kienu diskussi l-miżuri mħabbra mill-Gvern
it-Tnejn filgħaxija, Pullicino Orlando qal li l-proposta ta’ Adrian Delia
kienet waħda valida u tajba.

Fl-istess programm ipparteċipa wkoll il-Konsulent dwar
l-Impjiegi Gejtu Vella, li appella lill-Gvern biex jagħti aktar għajnuna
lill-familji, partikolarment biex jigi indirizzat il-piż li jħallu magħhom
il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Gejtu Vella esprima t-tħassib tiegħu li l-pjan tal-Gvern ta’
Robert Abela ma jħarisx ‘il quddiem. Għax ladarba negozju għandu bżonn
is-serħan il-moħħ u ċ-ċertezza biex ikun jista’ jippjana, kien ikun aktar
għaqli li kieku l-Gvern jippjana fit-tul.

Dwar l-isfidi tal-futur, Jeffrey Pullicino Orlando għamel referenza għas-sitwazzjoni medika, fejn tenna li l-krizi tal-Covid f’pajjiżna għadha fluwida, anke mill-aspett tas-saħħa, tant li għadna ma nafux x’se jiġri f’Ottubru.

Gejtu Vella minn naha tieghu esprima tħassib għall-fatt li
100,000 persuna reġgħu ntesew mill-Gvern għax la rċievew wage supplement fil-bidu tal-pandemija u lanqas fil-miżuri mħabbra
t-Tnejn li għadda.

Il-Konsulent dwar l-Impjiegi staqsa għaliex uħud minn dawn
il-miżuri ma ddaħħlux fis-seħħ mal-ewwel… bit-tama li konna nevitaw iż-żieda li
kien hemm fl-ammont ta’ nies bla xoghol.

The post Appell fuq l-istazzjon Laburista għal aktar għajnuniet appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here