Home Net News Sainz jixtieq itemm b’mod pożittiv l-esperjenza tiegħu ma’ McLaren

Sainz jixtieq itemm b’mod pożittiv l-esperjenza tiegħu ma’ McLaren

17
0
SHARE
Advertisement

Carlos Sainz li aktar kmieni dan ix-xahar ikkonferma li l-istaġun li ġej se jkun qed iħalli lil McLaren u jissieħeb ma’ Ferrari qal li jixtieq itemm l-esperjenza tiegħu ma’ McLaren b’mod pożittiv.

F’intervistà mas-sit uffiċjali tal-Formula 1, l-Ispanjol beda billi rringrazzja lid-diriġenti ta’ McLaren li għamluwilu faċli biex hu jissieħeb ma’ Ferrari. Sainz qal li meta sar jaf bl-interess ta’ Ferrari, hu tkellem mas-sid ta’ McLaren Zak Brown fejn aċċetta t-talba tal-Ispnajol li jitkellem ma’ Ferrari.

Is-sewwieq ta’ 25 sena ngħaqad ma’ McLaren mingħand
Renault fl-2018. Fl-istaġun li għadda hu temm fis-sitt post fil-klassifika
finali. Sainz se jkun qiegħed jieħu post il-Ġermainż Sebastian Vettel ma’
Ferrari mill-istaġun 2020/21.

The post Sainz jixtieq itemm b’mod pożittiv l-esperjenza tiegħu ma’ McLaren appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here