Home Net News Pjazza Teatru Rjal b’video mużikali b’messaġġ pożittiv

Pjazza Teatru Rjal b’video mużikali b’messaġġ pożittiv

3
0
SHARE
Advertisement

Pjazza Teatru Rjal nieda video mużikali ġdid mill-Malta Concert Orchestra. Video b’messaġġ pożittiv li għandu l-għan li jgħinna fiċ-ċirkostanzi preżenti.

Christopher Muscat, Direttur ta’ Pjazza Teatru Rjal qal li bħala ħafna istituzzjonijiet kulturali minn madwar id-dinja, huma wkoll kellhom iwaqqfu ħesrem il-programm artistiku tagħhom għall-2020, minħabba l-fatt li ħadd ma seta’ jattendi fiżikament fit-teatri, huma ħadu inizzjattiva biex iwasslu l-arti tagħhom b’mod virtwali permezz ta’ dan il-video.

Fl-istorja relattivament qasira tat-Teatru, dan ġibed ħafna interess kemm mis-suq lokali kif ukoll f’dak internazzjonali.

Charles Gatt, Chairman ta’ Pjazza Teatru Rjal qal li dan it-teatru joffri kalendarju varjat minn programmi informali għal attivitajiet formali assoċjati ma’ Teatru Rjal.

 Il-video mużikali li huwa bbażat fuq is-single MUSIC tal-1976 ta’ John Miles, jinkludi fih 40 mużiċist mill-Malta Concert Orchestra, flimkien ma’ kantanti lokali. Il-Maestro Paul Abela u l-Maestro John Brown kellhom biċċa xogħol biex ikkordinaw ir-rekordings individwali, madankollu l-Maestro Brown jemmen li l-isforz kien siewi għax “il-mużika m’għandhiex fruntieri u pajjiż magħqud jissarraf f’futur aħjar”. Għall-Maestro Abela, l-aħħar kliem tal-kanzunetta hija taqsira perfetta tal-messaġġ pożittiv li ‘f’dinja mimlija nkwiet, il-mużika tgħinni nibqa’ għaddej’ – “in this world of troubles, my music pulls me through”.

The post Pjazza Teatru Rjal b’video mużikali b’messaġġ pożittiv appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here