Home Net News Isofri ġrieħi gravi waqt tilwima f’San Ġiljan

Isofri ġrieħi gravi waqt tilwima f’San Ġiljan

15
0
SHARE
Advertisement

Raġel Ġermaniż ta’ 34 sena residenti f’Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Ġiljan.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li kien hemm sejħa għall-għajnuna għall-ħabta tal-4.30a.m. fi Vjal Portomaso. Mill-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett jirriżulta li kien hemm argument bejn żewġ persuni f’appartament. Waqt li l-vittma kien qed jiġi mitkellem mill-Pulizija, raġel Malti ta’ 59 sena residenti tas-Sliema, aggredieh minn wara u kkaġunalu xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-Ġermaniż li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel ta’ 59 sena qed jiġi mitkellem mill-Pulizija hekk kif l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

The post Isofri ġrieħi gravi waqt tilwima f’San Ġiljan appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here