Home Net News Irreġistrati 9 każi oħra ta’ Covid-19 f’Malta; ifiqu 4

Irreġistrati 9 każi oħra ta’ Covid-19 f’Malta; ifiqu 4

5
0
SHARE
Advertisement

Fl-aħħar 24 siegħa, reġgħu ġew irreġistrati disa’ każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna.

Dan wara li lbieraħ kien imħabbar każ wieħed ġdid biss, u persuna waħda mfejqa.

Fl-aħħar sigħat kienu 4 il-persuna li fiequ mill-virus, biex issa l-każi attivi f’Malta huma 130.

Fl-aħħar sebat ijiem kienu rreġistrati total ta’ 63 każ ġdid.

Mhux magħruf l-etajiet jew il-kundizzjonijiet tal-persuni li rriżultaw pożittivi fl-aħħar 24 siegħa, peress li ċ-ċifri issa qed jiġu mħabbra mis-sit tas-saħħa mingħajr aktar dettalji. Lanqas ma għandna dettalji dwar jekk fost dawk infettati hemmx healthcare workers jew persuni vulnerabbli, u jekk kellhomx sintomi jew le.

The post Irreġistrati 9 każi oħra ta’ Covid-19 f’Malta; ifiqu 4 appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here