Home Net News Il-La Liga jista’ jirritorna mit-8 ta’ Ġunju

Il-La Liga jista’ jirritorna mit-8 ta’ Ġunju

24
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez qal li l-La Liga jista’ jirritorna mit-8 ta’ Ġunju. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-klabbs Spanjoli ngħataw il-permess li jirritornaw għal taħriġ fi gruppi żgħar sa għaxar plejers. Il-President tal-La Liga, Javier Tebas wera’ x-xewqa li jintlagħbu l-logħbiet kuljum la darba jirritorna l-logħob li se jintlagħbu b’bibien magħluqa.

Il-probabilità hi li l-kampjonat jirritorna l-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju. Spanja kienet wieħed mill-pajjiżi l-għar milqut mill-coronavirus fejn kien hemm aktar minn 28,000 mewt. Fil-preżent, Barcelona jinsabu l-ewwel post b’58 punt żewġ punti fuq ir-rivali Real Madrid li jinsabu fit-tieni post.  Il-La Liga kien ġie pospost b’mod indefinit fit-23 ta’ Marzu li għadda. Ir-ritorn tal-La Liga se jsir wara li aktar kmieni li dan ix-xahar irritorna wkoll l-Bundesliga.

The post Il-La Liga jista’ jirritorna mit-8 ta’ Ġunju appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here