Home Net News 30 SENA ILU: Rijkaard irebbaħ it-Tazza taċ-Champions lil Milan għat-tieni staġun konsekuttiv

30 SENA ILU: Rijkaard irebbaħ it-Tazza taċ-Champions lil Milan għat-tieni staġun konsekuttiv

5
0
SHARE
Advertisement

23
TA’ MEJJU 1990

Tletin sena ilu, Milan rebħu t-Tazza taċ-Champions
għat-tieni staġun konsekuttiv. Huma għelbu lil Benfica 1-0 biex rebħu
l-kompetizzjoni għar-raba’ darba fl-istorja tagħhom. B’din ir-rebħa, l-Italja
rebħet il-kompetizzjonijiet kollha wara s-suċċessi ta’ Juventus fit-Tazza UEFA
u Sampdoria fit-Tazza tat-Tazzi.

Benfica kkontrollaw tajjeb fl-ewwel taqsima iżda ma
żammewx l-istess livell u Milan ħadu l-inizjattiva. Benfica resqu viċin il-gowl
meta Hernani għeleb in-nasba tal-offside iżda flok ikkonkluda minn pożizzjoni
ideali, ipprefera jitfa’ kross, b’Mauro Tassotti jbiegħed il-periklu.

Il-gowl deċiżiv wasal fit-68 minuta. Alessandro
Costacurta qassam lejn Marco van Basten u wara li kkontrolla, xeħet lejn FRANK
RIJKAARD li baqa’ dieħel waħdu u għeleb lil Silvino kif wasal quddiemu. Wara
l-partita, il-President tal-UEFA Lennart Johansson ippreżenta t-trofew
lill-captain ta’ Milan Franco Baresi.

The post 30 SENA ILU: Rijkaard irebbaħ it-Tazza taċ-Champions lil Milan għat-tieni staġun konsekuttiv appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here