Home Net News 18-IL SENA ILU: L-ewwel FA Trophy fl-istorja ta’ Birkirkara

18-IL SENA ILU: L-ewwel FA Trophy fl-istorja ta’ Birkirkara

6
0
SHARE
Advertisement

23 TA’ MEJJU 2002

Birkirkara rebħu l-FA Trophy għall-ewwel darba fl-istorja
tagħhom, ġurnata li se tibqa’ memorabbli għal kull Karkariż. Fil-finali għelbu
lil Sliema 1-0 b’gowl ta’ Matthew Calascione, tim li dak iż-żmien kien taħt
it-tmexxija ta’ Stephen Azzopardi.

Quddiem folla numeruża, il-partita kienet missielta anki jekk nieqsa minn azzjonijiet lejn iż-żewġ lasti. Il-gowlkiper ta’ Birkirkara Robert Savic kien strumentali fl-ewwel taqsima meta l-ewwel salva mal-art daqqa ta’ ras ta’ Brian Said. L-istess gowlkiper salva gowl ċert b’saqajh fuq tentattiv ta’ Noel Turner. Il-gowl deċiżiv ġie skorjat fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. Murphy Akanji ma salvax xutt mill-bogħod ta’ William Camenzuli u pront daħal MATTHEW CALASCIONE li qabbeż fuq Akanji, bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel daħal fix-xibka.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Sliema marru viċin il-gowl b’xutt ta’ Orosco Anonam li għadda bi żbrixx minn ma’ sieq il-lasta. Massimo Grima wkoll kellu daqqa ta’ ras li għaddiet ftit barra, bl-istess Grima jolqot il-mimduda aktar tard. Lejn it-tmiem, Savic salva r-riżultat meta żamm il-ballun milli jidħol fix-xibka u evita awto-gowl ta’ Clint Micallef. It-tisfira finali tar-referee Lorry Sammut wasslet għal ċelebrazzjonijiet kbar mill-partitarji, bil-captain Joe Brincat jerfa’ t-trofew tal-FA Trophy.

The post 18-IL SENA ILU: L-ewwel FA Trophy fl-istorja ta’ Birkirkara appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here