Home Net News Rebħa kbira għal Hertha Berlin fid-derby tal-kapitali

Rebħa kbira għal Hertha Berlin fid-derby tal-kapitali

4
0
SHARE
Advertisement

Erba’ gowls
fit-tieni taqsima għenu lil Hertha Berlin biex jiksbu rebħa importanti
fid-derby kontra Union Berlin, f’dik li kienet it-tieni rebħa konsekuttiva
għalihom kemm ilu li tkompla l-Bundesliga.

Vedad Ibisevic
fetaħ l-iskor fil-51 minuta b’daqqa ta’ ras mill-viċin wara kross mix-xellug ta’
Marvin Plattenhardt. Huma rduppjaw ftit sekondi wara, b’kontrattakk li minnu Dodi
Lukebakio qabeż lil Rafal Gikiewicz qabel xeħet fix-xibka.

Matheus Cunha
għalaq il-logħba fil-61 minuta b’xutt fil-baxx minn fuq il-linja tal-kaxxa
l-kbira biex fis-77 minuta d-difensur Dedryck Boyata ssiġilla r-rebħa b’daqqa
ta’ ras wara korner mix-xellug. Il-plejers ta’ Hertha Berlin irrispettaw
ir-regoli wara li rċevew twissija mill-uffiċjali tal-kampjonat għal kif
iċċelebraw il-ġimgħa l-oħra.

The post Rebħa kbira għal Hertha Berlin fid-derby tal-kapitali appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here